Dan huwa sett 1 ta' ritratti mill-Festa li ccelebrajna din is-sena 2007:
Hajr lis-Sur Noel Ciantar u lill-Reuben Mifsud li ghaddewlna dawn ir-ritratti.
Is-Sur Noel Ciantar huwa s-surmast li jmexxi l-Kor tal-Parrocca taghna fil-granet tal-festa, "Kor San Tumas d'Aquino".
Niehdu l-okkazjoni biex, mhux biss nirringrazzjawh tą xi ritratti li ghaddielna, imma wkoll naghtuh il-prosit u grazzi kbira ghal muzika w il-kant sagru li jtina flimkien mal-kor fil-granet tal-festa. Grazzi wkoll lill-kor kollu li jaghti s-servizz tieghu fil-knisja f'kull okkazjoni li jkollna.

It-13 tą Mejju
it-Tifkira tal-Ewwel Dehra tal-Madonna ta' Fatima.
Sar il-Pelegrinagg bl-istatwa tal-Madonna Pellegrina u wara il-Kappillan Kan.P.Michael M.Camilleri O.P. mexxa l-Koncelebrazzjoni flimkien mal-Patrijiet. Mistiedna specjali kienu l-membri tal-Legjun ta' Marija minn Malta kollha.
Ta' min jinnota l-entuzjazmu sabih tan-nies...
imma ta min jinnota wkoll il-kuruna ta' fuq ras il-Madonna Pellegrina
li giet misruqa mis-Santwarju taghna flimkien ma oggetti ohra fil-lejl ta bejn it-Tnejn 4 u t-Tlieta 5 ta' Gunju 2007...



JUM IL-KONSAGRAZZJONI TAL-ALTAR
14 TA' GUNJU 2007
Ghar ritratti aggornati ta' din l-okkazjoni unika, nistiednek tidhol fis-sezzjoni mahluqa apposta fil-Home page ta' din l-istess Web site.
L-Eccellenza Tieghu Mons. Adeodato Micallef O.C.D, mexxa t-trasulazzjoni tar-relikwija li fiha r-relikwiji tal-Bejati Frangisku u Gjacinta Marto u wkoll relikwija mis-sigra li fuqha dehret il-Madonna gewwa Fatima.
Wara t-transulazzjoni, huwa mexxa l-Quddiesa solenni tą lejliet il-festa.


Reuben Mifsud jipprokklama l-lezzjoni minfuq l-altar tal-kelma (l-ambone) waqt il-Pontifikal ta lejliet il-Festa.
Reuben huwa dak li b'dedikazzjoni u hila kbira jarma l-Knisja taghna bil-fjuri ghal festa u f'xi okkazjonijiet ohra.
Niehdu l-okkazjoni biex nirringrazzjawh ghas-servizz tieghu.

L-Isqof Adeodato Micallef OCD waqt l-Omelija tieghu lejliet il-Festa.
L-Artal Maggur armat ghal festa fl-okkazjoni tad-90 sena mid-Dehriet tal-Madonna gewwa Fatima
1917 - 2007

Mons. Gorg Frendo O.P. jmexxi l-ewwel Pontifikal tieghu f'Malta, u dan fl-okkazjoni tal-Festa tal-
Madonna tar-Ruzarju ta' Fatima fis-Santwarju Parrokkjali taghna:

Hawn jidher car il-Kappillan P.Michael Camilleri O.P.
Il-Kappillan ukoll jisthoqqlu grazzi kbira u prosit ghax xoghol li jwettaq mhux biss fil-hidma pastorali tieghu, imma wkoll fl-armar tal-knisja matul is-sena kollha u ghal kull okkazjoni, b'mod partikulari ghal Festa Titulari li niccelebraw kull sena.

Il-kongregazzjoni li ngabret ghal Pontifikal tal-Festa il-Hadd filghodu li tmexxa minn Mons Isqof Gorg Frendo O.P.
hawn ta' min jinnota ukoll s-sbuhija tas-Santwarju Parrokkjali taghna kif inhu armat ghal Festa.
Ninnutaw ukoll l-Kummissjoni Festa li attendiet bi hgarha ghal dan il-Pontifikal (membru minnhom qed jaqra l-lezzjoni)
Niehdu l-okkazzjoni biex nirringrazzjawhom tax-xoghol kollu li jwettqu gewwa fl-armar tal-pavaljun u tal-Vara, u barra biex jarmaw is-Santwarju u it-toroq taghna.
Nitlob biex min ghandu xi ritratti jghaddihomli fuq opfatima@yahoo.com halli nippubblikahom.
L-Eccellenza Tieghu Mons. Gorg Frendo O.P. jaghmel il-Panigierku tal-Festa:

L-Eccellenza Tieghu Mons Gorg Frendo O.P. waqt ir-riceviment tal-Festa jiltaqa ma xi nies:





Dan huwa sett 2 ta' ritratti mill-Festa li ccelebrajna din is-sena 2007:
Hajr lis-seminarista Anthony Fitzpatric li ghaddielna dawn ir-ritratti. Niehdu l-okkazjoni biex nifirhu lill-Anthony fil-mixja vokazzjonali tieghu u nirringrazzawh tas-servizz li tą fis-Santwarju taghna fil-granet tal festa.











Hrug il-Vara: Ir-Reffiegha bil-qalb jerfghu fuq spallejhom lill: "Kbira Taghna"
Nirringrazzjawhom hafna u mill-qalb ghax xoghol li jaghmlu matul is-sena kollha u l-aktar fi zmien il-festa biex jitlibbsu it-toroq u l-knisja taghna bl-ilbies tal-festa. L-ewwel mil-lemin jidher Leo li fil-knisja jitla jarma l-pavaljun tal-festa, imma wkoll jigi jarma l-pavaljun is-sekond ghal okkazjonijiet ohra matul is-sena. Grazzi ghas-sogru tieghu.
Awguri ghal li gej u prosit ta kull sagrificcju li jaghmlu dawn shabna li niringrazzjawhom kollha ta dak li huma.





Is-seminarista Anthony li ghaddielna dan is-sett 2 ta' ritratti.
Hawn jidher kburi bir-relikwija waqt li qed iggorrha ftit waqt il-purcissjoni, biex iserrah ftit mit-toqol taghha lil-Provincjal.
Ir-relikwija tikkonsisti fi tlett relikwiji. bictejn relikwiji tal-Bejati Frangisku u Gjacinta, kif ukoll relikwija mis-sigra li fuqha dehret il-Madonna gewwa Fatima 90 sena ilu fl-1917.
Din hija relikwija li gibna minn Fatima stess minghand il-Postulatur ghal kawzi tal-Bejati ta' Fatima, li taghha ghandna ukoll ic-certifikat tal-awtenticita taghha.

