FATIMA PARISH
   AVE MARIA


Gruppi fil-Parrocca
 
FATIMA PARISH
NAVIGATION
Home
Avvizi fissi tas-Santwarju
Gruppi fil-Parrocca
Il-Beati ta' Fatima
Parish Photo Album
Stained Glass
Konsagrazzjoni Altar
Celebrazzjonijiet
P.Pawl u P.Gorg
Festa 2007
Festa 2008
Corpus May 2008
Easter 2009
Guest Book






    
Gruppi fil-Parrocca taghna

GRUPP VOKAZZJONALI TAL-ABBATINI

Il-Grupp “Ejjew warajja…”

Huwa l-istess grupp tal-abbatini li jiltaqghu fil-Parrocca taghna kemm ilha mwaqqafa bhala knisja.

Illum, izda, dan il-grupp qed jiehu bixra ohra: ma jridx ikun biss grupp ta' Abbatini ckejkna li jservu fuq l-Altar imqaddes waqt ic-celebrazzjonijiet liturgici biss, imma jrid ikun grupp li jiskopri kontinwament il-Kelma t’Alla. Nemmnu li sa minn ckunitna Gesu’ ghandu x’jghidilna. Hekk qal darba: “Halluhom it-tfal iz-zghar jigu ghandi, ghax ta min hu bhalhom hija s-saltna tas–smewwiet” (Mt 19:14).

GESU QED JISTIEDEN LILEK UKOLL:

EJJA WARAJJA…

TGHIDLUX LE

DAN HUWA GRUPP LI IRID JIEHU

DIMENSJONI GDIDA…….

GHINNA

NIFFURMAWH

BILLI SSIR MEMBRU.

 

Min jixtieq

jinghaqad maghna ghandu

jikkuntattja lill-Kappillan P.Michael Camilleri O.P. 

 

 

QED NISTENNEWK


KUMMISSJONI FESTA

Il-kummissjoni festa - isimha maghha - tahdem biex fi G'Mangia/ Pietà, tà kull sena tigi organizzata il-Festa Titulari tas-Santwarju Parrokkjali taghna.

Il-Festa f'gieh Sidtna Marija tar-Ruzarju tà Fatima hija unika f'Malta u ghaldaqstant il-kummissjoni Festa flimkien mal-Patrijiet Dumnikani jahdmu biex din il-Festa tà kull sena tkun success. Is-success li ghalieh nahdmu huwa biex l-ewwel u qabel kollox tkompli tkun popolari u ghalhekk tixtered aktar id-devozzjoni lejn il-Madonna tà Fatima. Ghalhekk matul is-sena kollha nahdmu bla heda biex niehdu hsieb l-armar mill-isbah li ghandna, norganizzaw fund rasing b'risq il-festa, u nimmiraw ghal opri godda li jkomplu jsebbhu u jkabbru l-festa unika taghna.

Jekk int imhajjar biex taghmel parti mill-ghaqda taghna, nitolbuk tikkuntattjana billi zzurna fuq:  www.fatimafeast.webs.com  tuza l-kuntatti mehtiega, jew tikkuntattja lill-Kappillan li hu l-President tal-ghaqda taghna, jew tavvicina lill-xi membru tal-kummissjoni taghna. 

 www.fatimafeast.webs.com  hija l-web site tal-Kummissjoni Festa. 

 


Il-Legjun ta` Marija   

 

 

Il-membri attivi  tal-Legjun ta` Marija ikollhom laqgha darba fil-gimgha.

 

Dawn huma l-granet u l-hinijiet tal-gruppi li hawn fil-parrocca:

 

IRGIEL:  L-Erbgha fis-6.45 p.m.

 

NISA U IRGIEL: It-Tlieta fis-7.00 pm.

 

SUBIEN (ETA`: 11 – 14 –IL SENA) :  L-Erbgha fil-5.00 p.m.

 

BNIET (ETA`: 11-14 –IL SENA):  IL-Gimgha fil-5.00 p.m.

 

Kull laqgha tibda bis-sejha lill-Ispirtu s-Santu biex Hu jmexxina f`kull mument

halli naghmlu dak kollu li jixtieq Hu bi spirtu ta` ahwa.

Kull laqgha m`ddumx aktar minn siegha u nofs.

Kull membru attiv hu mistenni li jaghmel almenu saghtejn hidma ta` appostolat kull gimgha bi spirtu ta` fidi u ghaqda ma` Ommna Marija.  Din il-hidma dejjem issir minn tnejn flimkien.

 

Ghalfejn immorru l-laqghat???

 

F`kull laqgha nippruvaw nersqu aktar lejn Gesu` Kristu flimkien ma` Marija Ommna u lilU nitghallmu nhobbuH kif thobbU hi.

 

Ghaliex naghmlu hidma t`appostolat???

 

Kull meta nzuru l-morda jew anzjani jew inzuru l-familji jew nippreparaw tfal ghas-sagramenti jew inwettqu xi tip t`appostolat iehor  nippruvaw nuru lil kull persuna dik l-imhabba li Marija Ommna kellha ghal Binha Gesu`.

 

Kull xahrejn ikollna laqghat ta` talb u formazzjoni ghal membri li ma jattendux il-laqghat ta` darba f`gimgha u li joffru talb lil Alla permezz ta` Marija Ommna.

 

Dawn il-membri jissejjhu AWZILJARJI ghax jghinnu lil Marija SSma bit-talb li joffru kulljum.  Kull sena qrib tal-festa tat-Thabbira tal-Mulej huma mistiedna biex jinghaqdu mal-membri attivi biex waqt ic-celebrazzjoni tal-Quddiesa huma jgeddu l-weghda taghhom lejn Marija Sultana u Omm biex hi tghinnhom jaqdu u jhobbu lil Gesu` Kristu fedelment bhala ulieda.

 

 

Jekk inti, li forsi qrajt din il-kitba dwar il-Legjun ta` Marija, mintix qieghed f`xi ghaqda u tithajjar li taghti glorja u tifhir lil Alla permezz ta` din l-ghaqda u ghandek entuzjazmu kbir biex thobb lil Gesu` Kristu u taraH mahbub minn kullhadd hemm bzonnok f`xi wiehed mill-gruppi li ghandna fil-parrocca.

 

Min hu mhajjar biex jinghaqad ma` xi wiehed mill-gruppi msemmija fuq hu mheggeg biex javvicina lil Kappillan, Patri Michael Camilleri. O.P.


Grupp Kristu Rebbieh

Dan il-grupp ta’ talb “Kristu Rebbieh”, jinsab fi hdan is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima G`Mangia.  Il-grupp illu imwaqqaf ghal dawn l-ahhar 13 il sena  u kien jiltaqa’ kull nhar ta’ Gimgha mis-7.30pm  sat 8.30pm.  Il-ghan tal-grupp huwa li jaghtik opportuna’ li tiltaqa’ wicc imb’wicc mal-Kelma hajja tal-Mulej, u hekk flimkien ma Kristu Rxoxt tohrog rebbieh fuq kull sitwazzjoni negattiva li jista’ jkun tiltaqa’ maghha.

 

Attivitajiet: Kull tielet Hamis tax-xahar nanimaw Adorazzjoni fis-6.00pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ Fatima.  Wara nattendu ghac-celebrazjoni Ewkaristika.

Kull nhar tà Hamis norganizzaw il-laqghat taghna fil-knisja parrokkjali. Dawn ikunu mis-7.00 pm sat-9.00 pm.  Ikunu jikkonsistu f'laqghat tà taghlim, talb, tifhir, Bible sharing u mumenti tà Adorazzjoni.

Il-Grupp huwa immexxi min Vince Marshall .

 

Il Grupp jorganizza ukoll irtiri ghal membri tieghu barra mill-Parrocca.  L-ghan huwa sabiex inkunu nistaw ningabru iktar fina infusna u nikbru fil-fidi taghna. 

Ix-xewqa taghna hi li jkollna aktar nies mill- parrocca fi hdan dan il Grupp biex naghrfu dejjem aktar lil Alla fil-hajja taghna li hafna drabi qeghdin inhabbtu wiccna ma zminijiet difficli .

 

Vince Marshall, il-leader ta dan il-grupp,  imexxi ukoll programm dwar il-Kelma t’Alla fuq Radio Marija 102.3 FM , kull nhar ta' Erbgha bejn it-10.30pm u l-12.00am.

Ghal aktar informazjoni  dwar il-grupp tista’ zzur il-web site taghna fuq: http://www.freewebs.com/kristurebbieh/

jew tikkunttattja lil Vince Marshall  fuq vincemar@onvol.net 


KOR PARROKKJALI SAN TUMAS D'AQUINO.

GHAL INFORMAZZJONI DWAR IL-KOR TAL-PARROCCA TAGHNA, NISTEDNUK BIEX IZZUR IL-WEBSITE

http://aquinaschoir.phpnet.us


KUMMISSJONI FAMILJA


l-IMELDINI


ID-DAY CENTRE GHALL-ANZJANI

inkomplu naggornaw meta tinghatalna aktar informazzjoni.

nitolbuk terga zzurna. grazzi



 


Fatima Parish © 2008 All Rights Reserved.


Create a free website at Webs.com