| |

NAVIGATION
|
|
|
|
|
MERHBA.
KULL MIN JIXTIEQ IHALLI XI MESSAGG, GHANDU JIKTBU FUQ "GUEST BOOK"
INWIEGHDUK LI IL-MESSAGG TIEGHEK JIGI PPUBBLIKAT MILL-AKTAR FIS PISSIBBLI, SAKEMM NARAW LI JKUN ADATTAT GHAL WEBSITE TAS-SANTWARJU TAGHNA.
GRAZZI HAFNA |
|
|
|
|
Biss, b'dan il-format il-guestbook sar verament guestbook cass fejn wiehed jikteb affarijiet frivoli ta' meta jidhol fih darba kultant. Qisu l-"prosit tal-programm" li jgidu s-semmiegha meta jcemplu fuq programm tar-radju.
Il-guestbook kien sar forum fejn kien hemm dibattitu ghaddej kuljum u tara l-argumenti u l-kontro argumenti. Naqbel li kummenti offensivi jitnehhew. Naghmilha cara li kummenti offensivi jitnehhew u mhux veritajiet li jwegghu ghax hemm differenza kbira. Facli tnehhi veritajiet ghax ikun jaqbillek.
Ma setghux il-kummenti offensivi jitnehhew meta jidhru u jinqraw mill-webmaster? Naf li b'hekk il-webmaster kien ikollu jidhol kuljum fil-website. Jew inkella kummenti mhux iffirmati jitnehhew mill-ewwel ikun fihom xi jkun fihom? Dan inhoss li kien ikun ahjar ghaliex ma joqtolx id-dibattitu.
Il-parrocca taghna ghandha bzonn dibattitu demokratiku u sincier bejn kulhadd. Misset il-qiegh f'bosta oqsma u kull nahqa ta' hmar kienet merhba biha f'din il-website ghaliex minghajr il-kollettiv ma naslu qatt.
L-isbah xewqat lill-webmaster ghaliex ghandu xoghol difficli.
Mario Genovese: Hadt gost inzur il-website taghkom. Nifirhilkom li kellkom il-kuragg tikkontrollaw il-guest book. Certu nies trid tifhem li mhux kollox permess. Iva kulhadd jista jghid li jrid, pero bli jghid ma jistax ihammeg lill-ohrajn. Iva nghidu li rridu imma b'responsabbilta'. Ejja halli niccelebraw festa vera lil-Madonna ta' Fatima.
Fr.Joseph Zahra O.P.: Ifhem, ma ahniex kontra l-kritika imma trid tkun oggettiva...ghax ma jaghmilx gieh lil hadd.Plus hekk, ghaziza osservatura li naf bic-cert min int, u jekk trid nirrivela ismek, nehhejna wiehed mill-messaggi tieghek ghax kien jalludi ghal tkeccija. mhu veru xejn li int tkeccejt, imma tlaqt minn jeddek u il-bibien ghadhom miftuha ghalik ukoll... |
|
|
Reuben Mifsud: Ippermettuli naqsam maghkom hsieb iehor. Qabel il-pellegrinagg mort naghti l-awguri f'gheluq sninu lil Fra Mark il-Belt. Il-bierah kien l-ewwel tlieta ta' San Duminku fil-Belt. Id-devoti ta' SAan Duminku kienu qeghdin jingabru ghall-quddiesa. U d-devoti taghna tal-madonna ta' Fatima fejn kienu? Meta tkun devot lejn il-Madonna ta' Fatima ma tkunx biss ta' l-isem. Fra Mark (60 sena) - li rawwem lil bosta minnha fl-imhabba lejn il-parrocca u l-Madonna ta' Fatima u lejh nibqghu grati dejjem - ma tilifx id-devozzjoni ghax telaq mill-Pieta'. Xtaqtkom taraw l-istatwa tal-Madonna ta' Fatima armata fuq l-artal maggur! Mieghi stqarr li l-imhabba hemm ghadha u ma tmut qatt. U sirt naf ukoll li filghodu Patri Joseph qaddes il-quddiesa tal-Madonna ta' Fatima fil-knisja Duminikana u fil-Konkattidral bil-pjaneta sabiha li ghandu tal-Madonna ta' Fatima, filwaqt li filghaxija gie ghall-pellegrinagg. Lanqas nies mill-komunita' taghna membri u mexxejja fl-ghaqdiet u l-kummissjonijiet ma gew... Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta' Fatima u l-hegga ghall-hidma fil-parrocca ghall-komunita' hija wisq aktar minn dak li jidher fid-deher. Dak li jidher fid-deher huma biss manifestazzjonijiet ta' POTER u GLORIFIKAZZJONI PERSONALI ta' bnedimin dghajfin li ahna. Madonna ta' Fatima zomm idek fuqna u l-parrocca taghna. |
|
|
Reuben Mifsud: Xtaqt naqsam ma' kulmin ghandu ghal qalbu l-parrocca, id-devozzjoni lejn il-Madonna ta' Fatima (li maghha ninkludi l-festa) u l-lokalita' tal-Pieta': Il-pellegrinagg tal-bierah kompla fetahli ghajnejja kemm ghandna bzonn nahdmu flimkien sabiex inqajmu xi tip ta' entuzjazmu kollettiv fostna. Dan hu nieqes fil-parrocca, il-festa u l-kunsill lokali taghna. Il-bierah, ma kienx hemm daqshekk nies li jimtela' s-santwarju. Kien hemm hafna mill-parrocca tal-Hamrun. Ftit nies xirfu fil-gallarija biex jaraw x'qed jigri. Ftit nies tellghu il-bandiera jew zejnu l-gallarija bhala sinjal ta' festa. Mhux kulmin jghid li huwa devot tal-Madonna ta' Fatima gie. Mhux kulmin ikun qieghed icapcap quddiem il-vara ftit jiem ohra gie. Mhux kulmin qieghed f'xi ghaqda jew kummissjoni (specjalment fit-tmexxija) tal-parrocca gie. Jien l-ewwel wiehed f'isem il-'Grupp ghat-Tixrid tad-Devozzjoni lejn il-Madonna ta' Fatima' irrid nahdem izjed. Nitlob mahfra ghal kemm stajt naghti izjed lill-komunita' u ma tajtux. |
|
|
Fr.Joseph Zahra O.P.: Hbieb, Hadt gost hafna li llejla inaqghadt maghkom ghal pellegrinagg tal-Ewwel Dehra. Veru hadt gost u nixtieq nghid prosit kbira lill-Kappillan tal-inizjattivi u x-xoghol tieghu u lill-kull min jaghti sehmu biex is-Santwarju Parrokkjali ta' Fatima ikun dejjem sabih. Nittama li niltaqghu ghal festa ukoll. Min issa nawgura lill-kulhadd IL-FESTA T-TAJBA, ghax inhoss li dan il-pellegrinagg tal-Ewwel Dehra, qisu jiftah il-festa li ma jkunx baqghala wisq!!! Ruben, jekk ikollok xi ritratti tal-pellegrinagg ibaghthom fuq l-e-mail tas-site opfatima@yahoo.com halli nghin lill-Godwin biex ikun jista jaggorna s-site bihom. Ghandi niltaqa mieghu nhar il-Hamis p.m. Tks kbira u prosit. FORZA TA' FATIMA |
|
|
Reuben Mifsud: Nuza dan l-ispazju sabiex naghmel appell lil min jista' jghinni:
Beda l-armar tas-Santwarju Parrokkjali bil-fjuri. Nitlob lil min jista' joffrielna xi weraq tal-bella donna sabiex ihallih fis-sagristija jew ghand il-kappillan. Grazzi bil-quddiem. Min jixtieq jaghtina xi tip ta' weraq iehor (mhux bella donna) nitlobkom iggibuhom il-Hamis tal-gimgha tal-Festa (29 ta' Mejju) ghall-fjuri l-friski ta' l-artal u ta' quddiem il-vara.
Grazzi lil kulhadd. Kull ghajnuna hija apprezzata.
Viva l-Madonna ta' Fatima patruna tal-Pieta'. |
|
|
Zaghzugh pjetaniz: Jien ergajt hawn.... Jidher ix xoghol ghal festa miexi b ritmu tajjeb... Inottajt li saru l arbli tax xatt, saru l arbli tal housing estate u anki l istrixxi ta fuq l bejt tal knisja saru ukoll... Prosit ghal kull min jahdem ghal gid tal festa... Prosit lil dawk iz zaghzagh u anki lil dawk li ghandom certa esperjenza li ta kuljum narahom ergin bdak l landrover u jarmaw ghal festa..... J alla din l festa tibqa tikber min sena ghal sena..... Prosit hbieb.. Nammirakom |
|
|
Reuben Mifsud: Grazzi Patri Joseph li tajtna dan il-mezz sabiex niddibattu. Dawn id-dibattiti ghandhom ikomplu jsahhuna fl-imhabba taghna lejn il-parrocca.
Nitlob lil kulhadd sabiex l-imhabba lejn il-parrocca tkun l-uniku ghan li jkollna. Ghalhekk nappella lil kulhadd sabiex jikteb b'ismu.
Grazzi lil Godwin li issa qieghed jipprovdilna dan il-mezz. Kemm hu sabih li ghandna site fejn nistghu niktbu.
Tislijiet lid-devoti kollha tal-Madonna ta' Fatima. |
|
|
Fr.Joseph Zahra O.P.: Hadt gost insegwi dan id-dibattitu u anke jien (bhas-soltu), inhoss li ghandi x'nghid. Jien Patri li ilbist il-libsa Dumnikana u li ordnajt sacerdot fis-Santwarju ta' Fatima. Propjament jien Rabti, pero nghidilkom il-verita kull post li jiena s'issa gejt mibghut fih, gie marbut ma qalbi b'tali mod li ma jistax jinhall. Jekk kont ir-Rabat intrabatt hafna mal-Madonna tal-Ghar (u sallum inzomm ix-xbiha taghha fil-kamra), jekk gejt mibghut Bologna (sallum ukoll inzomm b'ghozza relikwija sahansitra mill-kamra ta fejn miet san Duminku) Jekk kont G'Mangia Xtrajt Madonna ta Fatima kbira u qieghda mieghi issa fil-kunvent tal-belt, u huwa veru li ahna l-patrijiet daqqa hawn u daqqa hemm, pero nghidilkom is-sew kull fejn inkunu il-post inhobbuh hafna u nintrabtu mieghu b'rabta li ma tinhallx. iva nghozz f'qalbi lir-Rabat, lill-Bologna, Lill-G'Mangia u issa lill-Belt Valletta u nahdem u nistinka mill ahjar li nista biex kull fejn, kemm jista jkun isehh ir-rieda t'Alla. Il-parrocca mhix tan-nies tal-post biss. il-parrocca hi ta kull min ihobbha. Jien tlaqt min hemm, imma ghadha f'qalbi u li nidhol spiss f'dan is-sit (li kont bdejt jien stess) hija xhieda ta kemm inhobb lill-Parrocca ta' G'Mangia u ma jkun qatt li nnehhiha minn hajti. KUNU MBERKIN. |
|
|
Fr.Joseph Zahra O.P.: Hbieb, l-ewwel haga nixtieq naghti tislima minn hawn lill-sehibna Joseph Mizzi li mar jiltaqa mal-Mulej u Ma Sidtna Marija. Nitolbu ghalih u hu ghalina. Amen. |
|
|
Reuben Mifsud: Le habib, veru, kont zbaljat, ma qbadtx min int ghax kif ghidtlek minix tal-qalba u qatt ma kont. L-istorja tieghek ma nafhiex. Imma huwa bzonnjuz hafna dak li hareg minnek ghaliex min jahdem bhala voluntier f'parrocca din hija verita' morra, imma li tista' tigri lil kulhadd. Hadd m'hu indispensabbli anke jien fl-armar tas-santwarju parrokkjali. Fil-fatt meta ma bqajtx organista regolari ta' kull gimgha u ta' kull festa liturgika, xorta l-funzjonijiet liturgici baqghu isiru! Jien inhobb nghid li l-parrocca hija taghna l-poplu tal-Pieta' u mhux tal-patrijiet. Kemm tkun success jew le jiddependi minnha, anke fil-jiem ta' tmexxija ta' l-aghar mexxejja li qatt jista' jkollna. Ghalhekk tajjeb li kulhadd isib qasam li fih jista' jahdem - zghir kemm hu zghir. |
|
|
Reuben Mifsud: Il-patrijiet jigu u jmorru. Illum hawn u l-ghada jmorru post iehor. Ahna nibqghu fil-parrocca u mhabbitna tressaqna 'l hemm anke jekk imorru nghixu f'rahal iehor. Fil-fehma tieghi hazin jekk norbtu l-parrocca ma' persuna wahda. Kien hemm min meta naqas xi hadd mir-religjuzi Dumnikani ma deherx iktar hu. Minn min kien migbud? Mill-imhabba lejn il-parrocca jew mill-persuna? Meta gie Patri Michael tfaccaw certi nies u sparixxew ohrajn. Meta jigi kappillan iehor l-istess se jigri. Din hija l-verita'. Kif ghidtlek, ahna bnedmin u l-poter jaghmina. Jibqaghu biss jahdmu bla heda dawk li l-vera mutur li jsuqhom tkun l-imhabba lejn il-parrocca - il-poplu tal-Pieta'. Awguri lil kulhadd ghall-festa li matulha nahsbu fuq il-komunita' parrokjali taghna. |
|
|
Reuben Mifsud: Ehh ok. Issa donni fhimt min inti (jekk fhimt). Fixkiltni bl-isem 'osservatur' ghax tfajtni off track. Jekk l-imhabba lejn il-parrocca kienet verament hemmhekk, xi darba ghad thoss il-vojt u terga' tigi lura (dment li dan il-vojt ma jimteliex minn xi haga simili ghal dak li kont taghmel fil-parrocca taghna). Dak li ktibt dwar l-ghalqa parrokkjali li ghad hemm hafna xoghol xi jsir fiha ghandek ragun. Dwar dan kemm-il darba tkellimt mal-Kappillan, ma' Patri Joe u ma' Patri Joseph. Ghalhekk nithassar lil min gej kappillan ghax prattikament irid jghix fit-toroq idur lejl u nhar. Irid isir outreach massigg u kontinwu kif gieli shaqt. Il-parrocca taghna ghad trid tghaddi minn hafna mumenti difficli fil-futur meta niskopru l-moffa taht it-tapit jew il-kamla li sewset xi struttura. Nawguralek l-isbah affarijiet bhalma nawgura l-isbah affarijiet lill-kappillan, lill-patrijiet u lil kulmin jahdem fil-parrocca. Il-Madonna ta' Fatima, patruna tal-parrocca taghna tharisna lkoll. |
|
|
Reuben Mifsud: Kemm niehu gost niddiskuti dwar il-parrocca li tant inhobbu. Kemm hu sabih id-djalogu genwin hiereg mill-qalb u mhux mill-makakkerija tal-mohh. Jien aktar kieku nikkwota l-parabbola ta' l-iben il-hali li baqa' jistenna lil ibnu gej u lemhu meta kien ghadu 'l boghod. L-imhabba lejn il-parrocca hija qisha l-imhabba lejn l-ulied. Il-parrocca hija wild taghna ghax ahna niffurmawha u nsawwruha il-hin kollu. Ghalhekk meta jkun hemm anke l-aghar affarijiet jigru fiha ma nistghu nichduha qatt ghax l-imhabba lejn il-parrocca tghinna neghlbu kull qtigh il-qalb. Hawn min lili jahsibni xi wiehed tal-qalba. Zgur mhux il-kaz issa u qatt ma kien il-kaz. Jien kulma ghamilt hija li sibt il-qasam fejn nista' naghti sehmi jien - l-armar tas-santwarju - u naghti sehmi hemm. Fil-passat kont naghti sehmi fil-liturgija bhala organista imma llum ma nistax. Zgur ma rridx nippontifika jew inkun patronizzanti fi kliemi ghax dan hu li jdejjaq hafna lili - min jahseb li qieghed jitkellem mill-pulptu l-isfel lejn l-ohrajn li msieken huma injoranti u ghandhom jaghlqu halqhom u jisimghu ha jitghallmu. Nistieden biss lil kulhadd sabiex isib dak il-qasam li fih ihossu komdu jaghti sehmu fil-parrocca u jaghti il-ftit hin tieghu. Ma naqtghux qalbna. |
|
|
Reuben Mifsud: PS Madanakollu, jien xorta ghandi f'qalbi l-patrijiet li nixtieq - ghax nahseb li huma tajbin - bhala kappillan u l-persuni li zgur ma nixtieqx bhala kappillan!!! (Imma l-Madonna ta' Fatima qatt ma talbet il-parir tieghi fuq it-tmexxija tal-parrocca!) |
|
|
Reuben Mifsud: Habib,
Anki jiena dizappuntat mil-livell ta' inkluzjoni (li daz-zmien saret kelma in voga hafna) tal-parrocca taghna. U meta nsemmu l-parrocca taghna ara tahseb li l-parrocca hija mmexxija mill-kappillan f'kollox. Il-kappillan huwa r-rghaj spiritwali tal-parrocca. In-nuqqas ta' inklussivita' fil-fehma tieghi gejja mill-amministraturi u mexxejja tal-gruppi u l-kummissjonijiet li qatt ma nfethu bizzejjed ghal idejat u ucuh godda. Il-konisja hija wara kollox maghmula minn bnedmin li jfittxu dejjem il-poter. Il-kappillan gieli ma jkun jaf xejn x'ikun qieghed jigri minkejja li ultamament jidher hu bhala l-president tal-kummissjonijiet u l-gruppi. |
|
|
Reuben Mifsud: L-ahhar li pprova jdahhal idejat u ucuh godda fil-gruppi u l-kummissjonijiet kien fil-fehma tieghi Patri Pawl Gatt li jien bqajt nammirah hafna ghal kemm thabat biex jiftah it-twieqi biex jehles mill-moffa. Jien ninkwieta hafna ghall-kappillan li gej wara Patri Michael. Il-provincja dejjem pingiet il-parrocca taghna bhala x-xempju tal-parrocci dumnikani Maltin. Veru li fiha hadu t-tahrig 2 isqfijiet u 2 provincjali (u bihom ahna kburin), imma l-parrocca taghna mhi facli xejn biex tamministraha u tahdem fiha minn dak li nosserva jien. Ghalkemm ghandi f'qalbi lil min nixtieq u lil min zgur ma nixtieqx bhala kappillan, nitlob lil ommna Marija ta' Fatima taghtina mhux il-kappillan u l-amministraturi li nixtieq jien, imma kappillan u amministraturi li tixtieq hi biex imexxuna fit-triq li tixtieq hi (skond il-pjan ta' Binha Gesu'). Se jkunu zminijiet dejjem izjed difficli. Nistiednek taghti sehmek int ukoll. L-imhabba lejn il-parrocca tal-Pieta' tghinek teghleb kull qtigh il-qalb. |
|
|
Reuben Mifsud: Bhala prova ingib dak li ktibt (dejjem b'ismi u mhux anonimu) fil-website tal-festa ftit gimghat ilu (u thalliet mic-censur tal-website): (ara taht)
Tislijiet lil kulhadd u l-isbah xewqat lil Godwin fix-xoghol tieghu fuq din il-website. |
|
|
Reuben Mifsud: Illum jibda t-tberik fid-djar. Dan il-avveniment lili jaffaxxinani bhala mument tajjeb li qieghed ikun mohli f'parrocca li trid taghmel ftit analizi ta' x'sejjer hazin. Anki meta nara hafna djar nezlin u minflokhom tilghin hafna flettijiet nistaqsi x'qeghdin naghmlu biex dawn it-talin isiru parti mill-komunita' taghna. Nitkellem mil-lat ta' lokalita', parrocca u festa. Is-sehem tan-nies qieghed dejjem jonqos: fil-funzjonijiet liturgici, fl-attivitajiet Marjani tad-dehriet, f'min jaghti sehmu fl-animazzjoni tal-liturgija, fil-kontribuzzjonijiet, f'min jattendi ghall-marcijiet jew almenu jixref fil-gallarija, f'min izejjen il-gallarija jew tieqa, fis-sehem fil-festa... (nispera li issa ma tiddahhalx il-politika partigjana wara l-elezzjoni generali u nkomplu nezlin aktar l-isfel). Nikteb dal-kliem u nhoss dieqa kbira li hassejt li ghandi nesprimi u li gieli esprimejt mal-kappillan u membri attivi fil-komunita' taghna fosthom fil-festa tant ghaziza ghalina li ahna mill-Pieta'. Meta se npoggu bilqieghda u ssir analizi profonda minghajr ippuntar ta' swaba lejn fejn qeghdin infallu u x'ghandu jsir biex nitjiebu?... bhala lokalita', parrocca, festa... Dan kollu FLIMKIEN. Flimkien qeghdin ngherqu u flimkien insalvaw jekk nahdmu flimkien. |
|
|
Reuben Mifsud: Ghaziz habib tieghi li ma nafx min int (minkejja li probabbli nafu lil xulxin) ghax inti bhali zaghzugh Pjetaniz: Jien bhalek inhoss li ghandu jkun hemm armonija bejn il-festa interna u esterna. Dawn huma manifestazzjoni ta' mhabba lejn il-Madonna ta' Fatima, il-parrocca u l-lokalita' ghaziza taghna tal-Pieta'. Il-verita' kiefra hi li jekk tmut il-festa esterna, dik interna qatt ma tista' tmut ghax dik hemm gurnata liturgika ghaliha - it-13 ta' Mejju. Hemm ukoll id-dehriet l-ohra u l-festa tal-Beati Frangisku u Gjacinta - 20 ta' Frar. Mhux ghax nixtieq nara l-festa esterna tmut. Altru minn hekk. Jien ukoll inhobb il-festa esterna u sa ftit snin ilu kont nippartecipa bis-shih fl-'ippjanar' tal-manifestazzjonijiet esterni li jsiru fil-gimgha tal-festa, ghad li ghadni nattendi ghax il-festa inhobbha ghax trabbejt minn din il-parrocca u dak kollu li jaghmilha. |
|
|
Fatima Parish © 2008 All Rights Reserved.
Create a
free website at Webs.com
|  |
|