FATIMA PARISH
   AVE MARIA


P.Pawl u P.Gorg
 
FATIMA PARISH
NAVIGATION
Home
Avvizi fissi tas-Santwarju
Gruppi fil-Parrocca
Il-Beati ta' Fatima
Parish Photo Album
Stained Glass
Konsagrazzjoni Altar
Celebrazzjonijiet
P.Pawl u P.Gorg
Festa 2007
Festa 2008
Corpus May 2008
Easter 2009
Guest Book






    
P.Pawl Cremona O.P. u P.Gorg Frendo O.P.

L-ECCELLENZA TIEGHU

MONS. P. PAWL CREMONA O.P.

ARCISQOF METROPOLITA TA' MALTA

Oh, ghaziz Appostlu Pawlu, Grazzi talli qed taghtina Pawlu iehor biex iharsilna l-fidi.

Kompli bierku u bierek mieghu lill-Malta taghna. Amen

 

EX KAPPILLAN IEHOR TAS-SANTWARJU TAGHNA

MAGHZUL BIEX IKUN ISQOF.

Mons.Pawl Cremona O.P. gie kkonsagrat Arcisqof ta' Gziritna

HALLELUJAH... HALLELUJAH... HALLELULJAH

Malli ntemmu c-celebrazzjonijiet fil-jum tal-Ordinazzjoni Episkopali tieghu,

P.Pawl Cremona offra mill qalb xi fjuri li huwa rcieva,

lill-Sidna Marija tar-Ruzarju ta' Fatima li fil-protezzjoni taghha

qieghed jafda l-Episkopat tieghu halli jkun Episkopat skond il-Qalb ta' Gesu'.

Xi fjuri li l-Arciqof il-Gdid offra lill-Sidna Marija, fil-lejl tà bejn is-26 u s-27 tà Jannar 2007

 

 Uhud mill-bnadar li ddendlu 

mall-kunvent taghna, fl-okkazjoni tal-Ordinazzjoni tal-Arcisqof il-gdid ta' pajjizna.

Wiehed mill-posters li stampajna...

Poster kbir fin-Notice Bord tas-Santwarju Parrokkjali taghna. 

L-Arcisqof il-Gdid f' ta' Qali mat-tfal maltin...

Patri Pawl Cremona O.P., l-Arcisqof il-Gdid fis-Santwarju taghna dakinhar li frahna u li tajna t-tislima taghna

lill-huna P.Gorg li kien ghadu lif gie nominat Isqof Awziljarju f'Tirana/Durres

 

Ipprintja Poster tal-Arcisqof Pawl Cremona O.P., Ikklikkja hawn: POSTER

Isma' d-diski ta' Fr.Karm Debattista MSSP ghal-Arcisqof il-Gdid:

"Kun int ir-Raghaj": ikklikkja hawn: DISKA

"Hejju t-Triq": ikklikkja hawn: DISKA

Patri.Pawl Cremona O.P., teologu Dumnikan, twieled fil-belt Valletta fil-25 ta' Jannar ta' l-1946, minn Joseph u Josephine nee Cauchi. Ghandu zewg hutu ohra; huh ikbar minnu u ohtu izghar minnu.

 

Hu ha l-edukazzjoni primarja tieghu fl-iskola Montessuori u kompla l-edukazzjoni sekondarja tieghu fil-Liceo.

 

Dahal fl-ordni Dumnikan f'Settembru ta' l-1962 u ghamel il-Professjoni fl-istess Ordni nhar id-29 ta' Settembru 1963.

 

Studja l-Filosofija u t-Teologija fil-Kullegg ta' San Tumas ta' Akwinu fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat u gie ordnat sacerdot nhar it-22 ta' Marzu 1969.

Hu studja l-filosofija u t-teologija fil-Kullegg ta' Tumas ta' Aquino fir-Rabat, mnejn ha d-dottorat fit-Teologija Morali fl-1973 fl-Universita' Pontificja ta' San Tumas ta' Aquino f'Ruma.

 

Hu studja t-teologija Morali fl-Universita' Pontificja ta' San Tumas ta' Aquino f'Ruma, fejn kiseb id-Dottorat fl-1973 bit-tezi 'The Concept of Peace in Pope John XXIII.' Sa l-1973 hu kien jghallem it-teologija morali fil-Kullegg ta' San Tumas ta' Aquino.

Fil-Provincja Dumnikana Cremona serva bhala Provincjal bejn l-1981 u l-1989. Hu kien kappillan tal-Parrocca tal-Madonna ta' Fatima fi Gwardamanga bejn l-1989 u l-1993. Bejn l-1993 u l-1997 kien responsabbli mill-Formazzjoni tan-Novizzi u l-Istudenti dumnikani fir-Rabat - ufficcju li rega' kellu ghal zmien iehor qasir bejn l-2004 u l- 2005. Fl-2005, Patri Pawl Cremona gie mahtur bhala Kappillan tal-Parrocca ta'Gesu' Nazzarenu, f'Tas-Sliema.

Patri Pawl serva wkoll bhala President tal-Konferenza tas-Superjuri Magguri bejn l-1984 u l-1987, kien President tal-Kunsill tal-Formaturi tal-Hajja Religjuza bejn l-1993 u l-1995 u kien ukoll delegat ta' l-Arcisqof ghall-Hajja Konsagrata sa mill-1995. Fl-1994 inghata l-medalja Pro Ecclesia et Pontefice. Patri Pawl Cremona ppubblikat t-tezi tieghu The Concept of Peace in Pope John XXIII fl-1988 u l-ktieb L-Abort - Hajja jew Mewt, fl-1978.

Ricentement ippubblika wkoll il-ktieb Il-Knisja Ikona tat-Trinita Qaddisa kif ukoll, flimkien ma' Patri Gorg Frendo, Isqof iehor Dumnikan, tliet kotba fuq it-temi tat-tliet snin ta' thejjijia ghas-sena 2000 u dwar l-Ewkaristija fis-sena 2000.

 

The official coat of arms of H.E. Mgr Paul Cremona O.P., the Archbishop-Elect of Malta has been published by the Curia.
 
The coat of arms incorporates the three families of Mgr Cremona and his Episcopal insignia. In the top half of the shield there is the black cloak over the white habit of the Dominican order which has been the Archbishop’s religious family since he joined the order 45 years ago aged 16. In the remaining space of the shield the left half is taken up by the arms of the Cremona family while the Cauchi family, of Mgr. Cremona’s mother, is seen on the right.
The arms are surmounted by the green galero or Episcopal hat with a set of 10 tassels on either side. Emerging between the tassesls from behing the shield is a white Maltese cross to indicate the territory over which Mgr Cremona has pastoral responsibility. Below the galero and behind the shield there is also an archiepiscopal cross to indicate, together with the tassels and the pallium on the upper half of the shield, Mgr. Cremona’s rank.
 
At the bottom, below the shield is the new Archbishop’s motto – Prepare the way for the Lord!

 

L-EX KAPPILLAN TAL-PARROCCA TAGHNA

PATRI GORG FRENDO O.P.

GIE KKONSAGRAT ISQOF FL-ALBANIJA

FIT-23 TA' SETTEMBRU 2006

NIFIRHULU U NITOLBU GHALIH

 

Id-Dumnikan Malti Patri Gorg Frendo OP gie ordnat Isqof Awziljarju tad-Djocesi ta’ Durres-Tirana u Isqof Titulari ta’ Butrinti fl-Albanija, fejn ilu jaghti s-servizz tieghu fil-missjoni tad-Dumnikani sa mill-1997.

Patri Gorg, bin Alfred u Tereza nee Cordina, twieled f’Hal-Qormi fl-4 ta’ April 1946, il-hames iben minn familja ta’ sebgha.
 
Attenda l-iskola primarja ta’ Hal-Qormi, u mbaghad il-Liceo tal-Hamrun. Fl-1962 beda n-novizzjat fil-kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat, Malta, fejn ukoll gie ordnat sacerdot fis-7 ta’ April 1969.

Wara l-ordinazzjoni sacerdotali u wara li ha l-grad ta’ Lettur mill-Kullegg ta’ San Tumas fir-Rabat, hu ntbaghat jistudja fl-Università Pontificja ta’ San Tumas ta’ Akwinu f’Ruma (Angelicum) minn fejn kiseb id-Dottorat fid-Dritt Kanoniku fl-1973 bit-tezi ‘Indissolubility and Divorce in the Theology of the Thirteenth Century Scholastics’.

Mar-ritorn tieghu f’Malta hu beda jghallem fil-Kullegg ta’ San Tumas fir-Rabat kif ukoll fil-Fakultà tat-Teologija ta’ Malta u fis-Seminarju ta’ Ghawdex.

Fil-Provincja Dumnikana hu kellu diversi ufficcji - surmast tan-novizzi u l-istudenti, pirjol, kappillan fil-parrocca taghna fi G'Mangia/Pietà (1981 - 1989) , kif ukoll Provincjal bejn l-1989 u l-1997. Bejn l-1992 u l-1996 hu kien President tal-Konferenza tas-Superjuri Magguri ta’ Malta.

Fl-1974 hu nhatar Defensor Vinculi fit-Tribunal tal-Ewwel Istanza, filwaqt li, fl-1976, Defensor Vinculi tat-Tribunal Inter-Djocesan tas-Sekonda Istanza. Fl-1980 inhatar Imhallef ta’ l-istess Tribunal Inter-Djocesan.

Malli temm iz-zmien tieghu ta’ Provinccjal, hu wera x-xewqa li jissieheb mal-missjoni Dumnikana fl-Albanija, liema missjoni nfethet bil-hidma u z-zelu tieghu fiz-zmien meta hu stess kien Provincjal.

Hemmhekk mill-ewwel inghata l-inkarigu mill-Isqof tal-Arcidjocesi ta’ Tirana-Durres biex jelabora n-normi komplementari wara l-promulgazzjoni tal-Kodici tad-Dritt Kanoniku, inkarigu li kien inghata f’Malta wkoll mill-Konferenza Episkopali Maltija.

Fl-1998 inhatar Vigarju Generali ta’ l-Arcidjocesi ta’ Tirana-Durres. Fl-1999 inhatar President tal-Konferenza tas-Superjuri Magguri fl-Albanija filwaqt li fl-2001 sar membru tal-Kunsill Generali Ewropew tal-UCESM. Fl-istess sena gie maghzul ukoll Vigarju Gudizjali tat-Tribunal Inter-Djocesan tal-Prima Istanza.

Patri Gorg Frendo hu awtur ta’ diversi kitbiet ta’ xejra duttrinali jew spiritwali, partiko-larment dwar l-Ewkaristija, is-Sagramenti, Marija Santissima, il-familja, il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika (li tieghu ppublika sintesi), adorazzjonijiet ewkaristici u ohrajn.

Kellu wkoll esperjenza ta’ diversi laqghat internazzjonali, sew bhala Provincjal tad-Dumnikani, bhala President tas-Superjuri Magguri f’Malta u fl-Albanija, bhala membru fl-Ezekuttiv ta’ l-Unio Conferentiarum Europearum Superiorum Maiorum, kif ukoll bhala delegat tal-Konferenza Episkopali Albaniza.

Bhala rigal ghal-konsagrazzjoni episkopali tieghu, il-parrocca taghna iddecidiet li taghtih il-baklu. Dan gie moghti lilu nhar it-8 t'Awissu meta P.Gorg kien fi zjara f'Malta, u mexxa l-festa tal-Patrijarka San Duminku fil-Parrocca taghna. Dakinhar ukoll il-Provinja Maltija inghaqdet f'din il-Parrocca biex ticcelebra l-10 snin mit twaqqif tal-missjoni Dumnikana fl-Albanija (ara r-ritratti fil-parish photo album).




 


Fatima Parish © 2008 All Rights Reserved.


Create a free website at Webs.com